Ghandek ghal-qalbek il-kazin tal-Ghama? Mela ghin lill-ewwel banda Karkariza billi tidhol membru f'din il-familja kbira.U jekk inti diga membru kompli gedded it-tessera tieghek ghas-sena 2017,ejja il-kazin taghna saqsi ghal kaxxier tas-socjeta'. U tkun tista' takkwista it-tessera b'disinn kompletament gdid.
 
 
 

Għal sen'oħra, s-Soċjeta' tagħna sejra ttella' wirja għal żmien il-Milied bl-isem ta' "Verbum Dei Caro Factum Est - San Ġorġ Preca u l-Milied" fil-kmamar tal-kantina tal-każin bejn it-Tnejn 11 u l-Ħadd 17 ta' Diċembru. Din il-wirja ser tiġi mtella' bl-għajnuna tal-Kummissjoni Talent Elenjan Arti u Kultura (TEAK) fi ħdan is-Soċjeta.

F'din il-wirja se jkunu esibiti diversi presepji, Bambini, ikoni u xogħolijiet ta’ arti. Din is-sena l-wirja se tkun marbuta mal-qaddis Malti San Ġorġ Preca bħala il-promotur tal-purċissjoni tradizzjonali bil-Bambin. Għaldaqstant f'din il-wirja ser ikollna l-opportunita' nammiraw diversi simboli u affarijiet relatati ma' din il-purċissjoni u l-qaddis innifsu inkluż bradella li kienet tintuża fl-imgħoddi fil-purċissjoni tal-Bambin ġewwa Birkrikara. Ser inkunu nistgħu ukoll nammiraw statwa ta' San Ġorġ Preca li tkun armata fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu ġewwa Fleur de Lys, maħduma mill-artist bravu Għawdxi l-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi, l-ewwel statwa tal-qaddis Maltin armata fil-festi Maltin u Għawdxin.

Qabel il-ftuħ ta' din il-wirja, sejjer jittella' "Kunċert tal-Milied" fil-każin stess mill-Banda tagħna Duke of Connaught's Own fis-7.30pm taħt id-direzzjoni tas-Surmast tal-Allievi Mro Steve Sant. Kulħadd huwa mistieden gaħl dan il-kunċert.

Il-ħinijiet tal-ftuħ għal din il-wirja huma kif indikati hawn taħt:

It-Tnejn 11 ta' Diċembru, nhar il-ftuħ uffiċjali tal-wirja: mit-8.30pm 'il quddiem.
Mit-Tlieta sal-Ġimgħa: bejn is-6pm u d-9pm.
Is-Sibt u l-Ħadd mill-10am sa nofsinhar; u mis-6pm sad-9pm.

 
Nhar it-Tnejn 11 ta' Diċembru l-Banda tagħna Duke of Connaught's Own, sejra ttella' "Kunċert tal-Milied" fis-sede tas-Soċjeta' tagħna taħt id-direzzjoni tas-Surmast tal-Allievi Mro Steve Sant. Dan il-kunċert sejjer ikun taħt il-patroċinju tad-Delegat Onorarju tas-Soċjeta', is-Sur Anthony Sultana. 

Eżatt wara nassistu għall-ftuħ tal-wirja tal-Milied "Verbum Dei Caro Factum Est" fil-kmamar tal-kantina tal-każin.
 
Fl-okkażjoni tal-festa nazzjonali ta' Jum ir-Repubblika, il-Banda tagħna Duke of Connaught's Own sejra tkun mistiedna mill-Kumitat Festi Nazzjonali tagħmel tagħmel marċ fil-Belt Valletta nhar it-Tlieta li ġej 12 ta' Diċembru. Dan il-marċ jibda fil-5.45pm minn Triq ir-Repubbblika u jispiċċa fit-8.30pm.

Għal min jixtieq jingħaqad magħna, ser tiġi organizzata "private" minn quddiem il-każin għall-prezz ta' €2.50 li titlaq fil-4.40pm. "Bookings" għall-"private" mill-każin fuq bażi "first come first serve". Nappellaw biex kulħadd ikun hemm fil-ħin. Narawkom.
 

DVD tal-festa ta' Santa Liena 2017 mahrug mill-Kazin Santa Liena Banda Duke of Connaught's Own ghall-bejgh mill-kazin ghall-prezz ta €5


Siegha u nofs ta' filmati b' Kummentarju li jinkludi l-preparamenti l-attivitajiet kollha organizati matul il-gimgha kollha tal-festa, hidma fuq l-armar tas-Socjeta, filmati tal-Kolleggjata Bazilika Elenajana u l-Istatwa titulari ta' Santa Liena, siltiet estensivi mill-marc ta' hrug min nicca, tal-marc tat 'Te Deum' u Purcissjoni f' jum il-Festa.

titilfux din opportunita li takwistaw kopja sabiex tergaw tejxu dawn il-mumenti sbieh.

 
 
FESTA SANTA LIENA 2017
 
Festa 2017 - 19/08/2017
 
Is-Soċjeta' tagħna fformat tim tal-biljard li jismu 'Duke of Connaught's Own Band Club Pool Team'.

It-tim jikkonsisti minn tmien plejers. Il-captain tat-tim huwa Clint Mallia u l-plejers huma Caroline Grech, Andrew Brinkworth, Bernard Borg, Daniel Pace, Dione Tedesco, Garry Farrugia, Johnny Bray u Deacon Formosa.

Huma ħa jkunu qed jilagħbu logħba tal-biljard li tissejjaħ '8 Ball Pool', li taqa' taħt il-'Malta Eight Ball Federation'.

Matul l-istaġun tal-biljard ikun hemm ħafna kompetizzjonijiet kontra timijiet tal-każini u ħwienet oħra fosthom in-'Knockout', il-'Christmas Cup', l-'Easter Cup' u l-'League'. Il-kompetizzjonijiet kollha jintlagħbu 'home' u 'away'.

Filwaqt li nawguraw lil dan it-tim kull suċċess, nixtiequ nitolbu lill-partitarji kollha tas-Soċjeta' biex jagħtu s-sapport tagħhom.

Nistiednukom ukoll tagħmlu like fuq il-'facebook page' ta' dan il-tim.
 

CD TAL-KAND FESTA 2017

'Mill-Partitarji ghall-Partitarji Vol 4'

ghall-prezz ta' €10

Innu Santa Liena
La Senora Rita
Monchengladbach
Coronation
Karmar
Medley 2013
Ta' Farrell
Manwel tat-Trunbun
Medley 2014
Fiesta
Karmar (Remix)

Bil-'lyrics' inkluzi gewwa

 

Nixtiequ navzaw lill-partitarji li mil-lum jistghu jakkwistaw it-T-shirt tal-festa mill-kazin ghall-prezz ta 10 Euro.

Nixtiequ navzaw ukoll li waqt il-Lejla Maltija tal-lum il-partitarji jistghu jigbru l-gearijiet tal-festa 2017 li bbukkjaw ghall-prezz ta 20 Euro. Se jkun hemm gearijiet ukoll ghall-bejgh ghal min ma bbukkjax.

Thallux ghall-ahhar biex ma jiddispjacikomx.

 

Il-Kumitat Eżekuttiv tas-Soċjeta tagħna jixtieq iħabbar li Mro Aurelio Belli ġie maħtur Surmast Direttur ġdid tal-Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught's Own. Fl-istess waqt Mro Neville Pace inħatar Assistent Surmast Direttur.

Is-Soċjeta tagħna tixtieq tirringrazzja lil Mro Roderick Bugeja għas-servizz u d-direzzjoni tiegħu tal-banda tagħna għal dawn l-aħħar disa' snin mill-2008 sa din is-sena u tawguralu kull suċċess fil-karriera mużikali tiegħu.

Is-Surmast Direttur ġdid Mro Aurelio Belli ilu mill-2008 għalliem tal-allievi fis-Sezzjoni Ramm u fl-2012 kien inħatar Assistent Surmast tal-banda.

L-Assistent Surmast ġdid Mro Neville Pace ilu mill-2009 għalliem tal-allievi tas-Sezzjoni Ramm fi ħdan il-banda tagħna.

Għaldaqstant l-Iskola tat-tagħlim tal-mużika fi ħdan is-Soċjeta tagħna hija komposta hekk:

Mro Aurelio Belli - Surmast Direttur u Għalliem tas-Sezzjoni Ramm
Mro Neville Pace - Assistent Surmast Direttur u Għalliem tas-Sezzjoni Injam
Mro Steve Sant - Għalliem tal-Allievi

Min hawn il-Kumitat Eżekuttiv u s-sezzjonijiet kollha fi ħdan is-Soċjeta tagħna jixtiequ jawguraw lil Mro Aurelio Belli u Mro Neville Pace fil-ħatriet importanti tagħħom kif ukoll lil Mro Steve Sant sabiex il-banda tagħna tkompli miexja dejjem aktar 'il quddiem fil-qasam mużikali.

 

 
Ix-xoghol ta' ristrutturar u tisbih fil-bar tal-kazin tas-Socjeta taghna, kif ukoll fis-sala tal-"isnooker" ghaddej bla heda lejl u nar mill-Kumitat Ezekuttiv, Kumitat Zghazagh u membri, sabiex fil-jiem li gejjin narawh b'dehra gdida.
 
Il-kalendarju li annwalment tohrog is-Socjeta taghna ser ikun jista jigi akkwistat mill-kazin fil-jiem li gejjin. 

Din is-sena dan il-kalendarju se jkollu tema specjali, "Il-Kult Elenjan fil-Gzejjer Maltin". F'dan il-kalendarju se jkun hemm gabra sabiha ta' ritratti u informazzjoni fuq statwi, pitturi, skultura u opri tal-armar li ghandhom rabta diretta mal-patruna taghna l-Karkarizi Santa Liena u li jinsabu jzejnu l-knejjes, muzewijiet, toroq u pjazez madwar Malta u Ghawdex.

Ghalhekk, kull min ghandu ghal qalbu l-patruna tas-Salib Mqaddes, ghandu opportunita unika sabiex jakkwista din it-tifkira ghal donazzjoni zghira ta' €2. Inheggu lil dawk interessati biex jahsbu kmieni minhabba n-numru limitat.

Aktar informazzjoni tinghata 'l quddiem hekk kif dan il-kalendarju jkun jista' jingabar mill-kazin stess.


 
Lejn l-aħħar ta' Settembru sejjer jinħareġ id-DVD tal-Festa ta' Santa Liena 2016 mis-Soċjeta tagħna. Iżjed tagħrif jingħata aktar 'il quddiem.
 

Ħbieb, issa li għaddiet il-festa jkun xieraq li nikteb kelmtejn ta' ringrazzjament lil kull min kien b'xi mod involut fl-organizzazzjoni tal-festa kbira li għamilna flimkien. Nixtieq nirringrazzja lil sħabi tal-Kumitat tad-deċizjonijiet għaqlin li ħadna flimkien. Grazzi lill-Kumitat Żħgażagħ li kienu l-ħin kollu ta' spalla u għajnuna għall-Kumitat Ċentrali. Grazzi lill-Blanzuni Elenjani li ħadu ħsieb jippreparaw l-affarijiet għall-waqt il-briju tal-marċi. Grazzi lill-Kummissjoni Banda li flimkien mas-Surmastrijiet ħadet ħsieb dak kollu li kellu x'jaqsam mal-banda. Grazzi lil dawk l-individwi kollha li għenu fl-armar u ż-żarmar tat-toroq u s-sorpriżi kollha li aħna magħrufin għalihom. Grazzi lil kull min għena finanzjarjament u finalment grazzi lilkom ħbieb u partitarji li kontu dejjem warajna fl-attivitajiet li ħejjejna. Dawn l-oqsma kollha li semmejt flimkien sarrfu f'festa kbira kif jafu jagħmlu t-tfal tal-Wied. Tal-Għama ma mmutu QATT.

F'isem il-Kumitat Ċentrali grazzi mill-ġdid lil kulħadd.

Christopher J. Micallef 
President
Każin Santa Liena
Banda Duke of Connaught's Own A.D. 1865

Il-Kumitat Żgħażagħ fi ħdan il-Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught's Own jixtieq jirringrazzja lill-partitarji tal-Għama tal-festa kbira u suċċess li kellna ad unur il-patruna tagħna Santa Liena. Dan il-Kumitat jixtieq jirringrazzja lil kull min b'xi mod jew ieħor, ta l-kontribut tiegħu, kemm finanzjarju kif ukoll manwali, u anki 'l dawk kollha li attendew l-attivitajiet mhejjija għal din il-festa.

Dan kollu jimliena b'kuraġġ biex inkomplu naħdmu dejjem aktar bil-qalbgħal din is-soċjeta li tant ngħożżu f'qalbna. Dan il-Kumitat jibqa' għaddej b'ħidmitu mingħajr waqfien eżatt wara l-festa, matul is-sena kollha sabiex din is-soċjeta tibqa' ċentrali fil-ħajja kulturali u soċjali ġewwa Birkirkara. Għaldaqstant nħeġġukom tkomplu tikkoperaw magħna u tattendu l-attivitajiet li aħna nħejju minn xahar għall-ieħor. B'hekk nibqgħu familja kbira waħda magħquda kif ukoll inżommu l-isem tal-Għama dejjem fil-quċċata.

Grazzi mill-ġdid u narawkom ħbieb!

Kumitat Żgħażagħ A.D. 1990
Każin Santa Liena 
Banda Duke of Connaught's Own

 
Ritratti Festa 2016
 
 
Kull min jixtieq jejna fil progett tal -plancier €5.00 fix xahar , jibatli email dukes@maltanet.net grazzi .
 
Nixtiequ ninfurmaw lil kulħadd li l-kotba tal-festa 2016 jistgħu jiġu akkwistati mingħand il-Kumitat u kif ukoll mill-bar tal-każin għal donazzjoni ta' €2 mil-lum stess. Grazzi.
 

Nixtiequ navżaw lill-partitarji tas-Soċjeta tagħna u lil kull min hu interessat, li it-T-shirts tal-festa 2016 qegħdin jinbiegħu mill-każin kuljum għall-prezz ta' €10.

Il-gearijiet tal-festa għandhom ikunu għall-bejgħ mill-ġimgħa d-dieħla.

Nitolbukom tibqgħu aġġornati fuq din il-paġna għall-programm sħiħ t'attivitajiet lis-Soċjeta' tagħna sejra torganizza għall-festa ta' Santa Liena 2016.

 

Il-Ħadd 21 ta' Frar saret is-Seduta Ġenerali kif ukoll elezzjoni għall-membri tal-Kumitat. Nirringrazzjaw lill-membri kollha li attendew u pparteċipaw sabiex dejjem is-soċjeta' tagħna tkompli timxi dejjem aktar 'l quddiem.

Nifirħu lis-Sur Chris Micallef li nħatar uffiċjalment bħala l-President l-ġdid tas-soċjeta tagħna u nawgurawlu kull suċċess f'din il-kariga ġdida tiegħu.

Il-karigi uffiċjali l-oħra rriżultaw hekk:

Segretarju: John Zammit
Kaxxier: Mario Meli
Direttur Ġenerali: Mark Pillow

Wara votazzjoni fost il-membri preżenti ġew eletti sabiex jiffurmaw ukoll parti mill-Kumitat Eżekuttiv dawn il-persuni:

Eric Busuttil, Matthew Bonnici, Brian Calleja, Kurt Farrugia, Martin Gauci, Lino Meli, Carmel Muscat, Philip Scerri, Darren Spiteri, Joe Valletta, Carlos Zammit, Frederick Zammit.

Nawguraw lil dan il-Kumitat fil-ħidma kontinwa tiegħu sabiex ikompli jkabbar il-patrimonju mużikali, kulturali u soċjali li ħallew il-Kumitati preċedenti u b'hekk il-Każin Santa LIena Banda Duke of Connaught's Own jibqa' dejjem parti integrali mill-komunita' Karkariża.

 
 
 
 
Sejjer jiġi maħruġ dalwaqt 'winter hoodie' tas-socjeta' tagħna. Kull min huwa intressat jista' jkellem lil xi membri tal-Kumitat Żgħażagħ
 
Marc grandjuz ta' Te Deum 22-08-2015
   
 
 
       
 
Fl-okkażjoni tal-150 anniversarju, is-soċjetà qiegħda tniedi "double CD" album", wieħed b'sett ta' marċi ġodda u l-ieħor b'sett ta' marċi mill-arkivju rikk ti tippossedi li jinkludi fih marċi minn ħafna mis-Surmastrijiet Diretturi u l-Assistenti li kellha matul is-snin. Dan id-"double CD" album" jista' jinxtara mill-każin għall-prezz ta 18 euro. Titilfux din l-opportunità.
 
The Dukes Festive Band. Life In Concert. It was a night to remember & Celebrating the 25th Anniversary of the Youht Committee. 07-08-2015. Thanks to everyone involved.
 
F’dan ix-xahar t’Awwissu sejjer jiġi mniedi ktieb iddettaljat dwar l-istorja tas-soċjetà bl-isem:

KAŻIN SANTA LIENA
BANDA DUKE OF CONNAUGHT‘S OWN 
A.D. 1865 

150 Sena Banda 
Patrimonju Karkariż - Trawwim Mużikali 
Kult Elenjan

Il-ktieb sejjer ikun disponibbli kemm “paperback” għall-prezz ta’ €25 u numru limitat ta’ kopji “hardcover” għall-prezz ta’ €30.

Titilfux din l-okkażjoni unika biex takkwistaw dan il-ktieb ta ’l fuq minn 500 paġna li jirrakkonta l-istorja glorjuża tas-soċjetà tagħna bl-aktar mod komplut. 

Id-dettalji ta’ meta jkun għall-bejgħ sejrin jingħataw fil-ġranet li ġejjin.
 
Ftuħ Uffiċjali u Tberik tal-Wirja Sagra ta' Żmien il-Ġimgħa Mqaddsa 2015Lucem Vitae. Ritratti...

 

It-Taghlim tal-Muzika fl-iskola tal-Muzika fil-Kazin dejjem ghaddej. Il-Kummissjoni Banda theggeg lill-dawk it-tfal minn 7 snin il-fuq li huma nteressati li jitghallmu xi strument muzikali biex japlikaw billi jew jigu l-kazin fl-ufficcju amministrattiv fil-hinijiet tal-ufficcju u ssir l-applikazzjoni. Tistghu tigbru aktar infomazzjoni jew iccemplu fuq 21490399 jew 99465845 jew b email fuq dukes@maltanet.net. Il-lezzjonijiet isiru fuq bazi individwali. Il-Lezzjonijiet sezzjoni primarja ikunu nhar ta’ tlieta bejn il-5.00p.m. u s-7.30p.m. filwaqt li l-lezzjonijiet tat-teorija qed ikunu nhar ta’ gimgha bejn il-5.00 u s-7.00p.m. Il-lezzjonijiet tas-sezzjoni tar-ramm ikunu kull nhar tat-tnejn u s-sezzjoni njam kull nhar ta’ hamis.      
© Copyright. Duke of Connaught's Own Band - Birkirkara - Malta 2013. All rights reserved.